Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Taremi ma jkunx biżejjed biex jisforza l-ħin barrani

(Ritratt: EPA)

Gowl lejn it-tmiem ma kienx biżejjed biex Porto jisfurzaw il-ħin barrani hekk kif minkejja li rebħu 1-0 xorta sfaw eliminati minħabba li Chelsea rebħu l-ewwel leg 2-0.

Porto ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta Jesus Manuel Corona approfitta minn żball tal-gowlkiper ta’ Chelsea iżda l-konklużjoni tiegħu kienet imblukkata minn Jorginho. It-tim mill-Portugall kien għal darb’oħra perikoluż fit-33 minuta meta Chilwell naqas milli jbiegħed il-periklu fuq azzjoni ta’ Mbemeba, b’Corona għal darb’oħra japprofitta iżda minn pożizzjoni tajba xeħet għoli.

Fit-tieni taqsima, Chelsea ħarġu fuq l-offenisva u minn kontrattakk veloċi, Mason Mout għadda lejn Ben Chilwell li l-cross tiegħu sab lil Chrisitian Pulisic f’qagħda tajba iżda naqas milli jikkonkludi. Tliet minuti wara minn azzjoni personali, l-konklużjoni ta’ Mount kienet devjata għall-corner minn Manafa. Porto skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fl-94 minuta permezz ta’ MEHDI TAREMI.