Internazzjonali

Ir-Russja mill-ġdid tirreferi għall-Istati Uniti bħala ‘avversarju’

Ir-Russja, fl-aħħar sigħat, irreferiet biċ-ċar għall-Istati Uniti bħala ‘avversarju’ fost twissija biex il-bastimenti tal-gwerra Amerikani jibqgħu ‘il barra mill-Krimea ‘għall-ġid tagħhom’.

Moska qed tqis l-istazzjonar ta’ dawn il-bastimenti fil-Baħar l-Iswed bħala ‘provokazzjoni’ u l-aħħar żviluppi indikaw li d-diplomazija tal-aħħar snin bejn ir-Russja u l-Istati Uniti (eks-avversarji tal-Gwerra Bierda) qed tiffaċċja kriżi sinifikanti.

Ir-Russja kienet ħatfet il-Krimea lill-Ukrajna fl-2014 u l-bastimenti Amerikani mistennija jaslu fil-Baħar l-Iswed din il-ġimgħa.

Dan ukoll fi żmien meta żdiedu l-battalji fil-Lvant tal-Ukrajna bejn il-qawwiet tal-Gvern Ukren u s-separatisti li qed jingħataw sostenn minn Moska.