Lokali

Isofri ksur wara li waqa’ minn fuq sellum fis-Swieqi

Raġel ta’ 58 sena spiċċa rikoverat l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu waqa’ minn fuq sellum. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30am, f’residenza privata li għadha taħt kostruzzjoni fi Triq il-Keffa, is-Swieqi.

Il-Pulizija tad-Disrett marru immedjatament fil-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li r-raġel li jgħix l-Iklin, sofra grieħi meta waqa’ fl-istess sit.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.