Lokali

Jissejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li vettura ħabtet f’siġra

Ritratt: Martin Agius

Sirjan ta’ 45 sena residenti s-Siġġiewi qed isofri ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tan-12.30 ta’ waranofsinhar seħħ inċident fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi.

Il-pulizija spjegaw ma’ Net News li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota misjuqa mis-Sirjana u vettura oħra tat-tip Peageot misjuqa minn raġel ta’ 44 minn Ħaż-Żebbuħ. Kaġun tal-ħabta, il-vettura tat-tip Toyota ħabtet ma’ siġra li tinsab biswit it-triq.

Minnufih issejħet l-assistenza ta’ Membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll team mediku biex jassisti lill-persuna jew persuni involuti fl-inċident.

Kawża ta’ dan l-inċident inġema’ ammont ta’ traffiku fl-istess triq fejn seħħ dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.