Sport Sport Ieħor

Marc Marquez se jirritorna fil-Grand Prix ta’ Portimao

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Repsol Honda, Marc Marquez se jkun qed jirritorna għall-Grand Prix ta’ Portimao fil-Portugall. F’kummenti mal-midja, Marquez qal li matul dawn ix-xhur ħadem ħafna biex ikun jista’ jirritorna.

Marc Marquez kien wegga spalltu fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun li għadda u tilef l-istaġun kollu. Minn dakinhar kien operat tliet darbiet fi spalltu u tilef ukoll l-ewwel żewġ Grand Prix ta’ dan l-istaġun li saru fil-Qatar. Is-sewwieq ta’ Repsol Honda qal li l-għan tat-tellieqa ta’ din il-ġimgħa se jkun li jirritorna fiċ-ċirkwit wara żmien twil wieqaf.