Sport Sport Ieħor

Mark Cavendish kiseb l-ewwel rebħa fi tlett snin fit-Tour tat-Turkija

(Ritratt: EPA)

Il-Britanniku Mark Cavendish kiseb l-ewwel rebħa fi tliet snin meta ddomina it-tieni ġurnata tat-Tour tat-Turkija.

Cavendish, ta’ 35 sena li rritorna ma’ Quick Step wara sitt snin fil-Belġju kellu tellieqa perfetta fejn żamm dejjem mal-grupp biex fl-isprint finali ddomina fuq Jasper Philipsen tal-Belgju.

Fi tmiem it-tieni prova Cavendish ikkummenta illi huwa nkredibbli wara dak li għadda minnu matul l-aħħar tlett snin.

Ir-rebħa fit-Tour tat-Turkija waslet f’mument meta ingħata kuntratt ta’ sena minn Quick Step wara li kien qed jikkunsidra li jirtira mill-ġurnata tat-tielet prova tat-Tour ta’ Dubai tal-2018

Fil-kummenti fi tmiem it-tellieqa, Cavendish qal li kien importanti lir-rwol tat-tim fejn fl-isprint ra li Phulipsen ipprova joħroġ kmieni mill-grupp u kien f’dak il-mument li daħal b’saħħtu fl-aħħar metri

Fil-karriera Cavendish rebaħ 30 stadju fit-Tour de France u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa sprinters ta’ kull żmien iżda ftit kien fl-azzjoni mill-2018 fejn kien qed ibati biex isib il-forma ideali u jkun kompetittiv.