Lokali

Nazzareno Vassallo jirbaħ it-titlu ta’ imprenditur tas-sena

Il-President ta’ Vassallo Group Nazzareno Vassallo rebaħ it-titlu ta’ imprenditur tas-sena.

F’Ġunju li ġej, huwa se jirrappreżenta lil Malta u jikkompeti fil-premju tal-Intraprenditur Dinji tas-Sena tal-EY flimkien ma’ mexxejja tan-negozju minn aktar minn 60 pajjiż.

Vassallo Group huwa involut f’diversi setturi fis-suq lokali li jinkludu l-proprjetà u l-kostruzzjoni, l-anzjani u d-diżabilità, il-catering, l-ospitalità, l-arkitettura u l-edukazzjoni u jimpjega aktar minn 1,700 persuna.

John Winfield, Fundatur u Direttur Maniġerjali ta’ Dr Juice, rebaħ il-premju ta’ rising star tal-EY. EY ilha torganizza l-Intraprenditur tas-Sena għal aktar minn tliet deċennji. Dan il-premju jippromwovi l-intraprenditorija madwar il-gżejjer Maltin u jagħti l-opportunità lill-intraprendituri biex ikabbru n-negozji tagħhom kemm lokalment kif ukoll barra minn pajjiżna.