Coronavirus Internazzjonali

RENJU UNIT: Jibda t-tilqim għal dawk li għandhom aktar minn 45 sena

Dawk kollha 'l fuq minn 50 sena diġa' ingħataw appuntament

Fir-Renju Unit bdiet fażi ġdida fil-proċess ta’ tilqim għal kontra l-Covid-19 hekk kif issa l-adulti kollha ta’ ‘l fuq minn 45 sena se jibdew jingħataw il-vaċċin.

L-awtoritajiet Ingliżi qed jindikaw li l-miri għal dawk minn 50 sena ‘il fuq diġa’ intlaħqu. Fil-fatt, iċ-ċifri uffiċjali jindikaw illi diġa’ ingħataw 40 miljun tilqima madwar ir-Renju Unit. Aktar minn 7.6 miljuni ingħataw it-tieni doża tal-vaċċin kontra l-Covid.