Internazzjonali

Sparatura fi skola fl-Istati Uniti; l-aggressur huwa l-uniku vittma

Student ta’ 15-il sena wettaq attakk fuq l-iskola tiegħu stess, iżda spiċċa vittma ta’ tiri tal-pulizija u miet fuq il-post.

Fl-Istati Uniti lbieraħ f’Tennessee kien hemm rapporti li persuna daħal armat fl-Austin-East Magnet High School.

Mal-wasla tal-pulizija ż-żagħżugħ daħal fil-kamra tal-banju u wara numru ta’ talbiet biex jirtira l-armi, hu spara xi tiri fuq il-pulizija u laqat uffiċjal.

L-uffiċjali sparaw lura bil-konsegwenza li ż-żagħżugħ tilef ħajtu fuq il-post.

L-investigazzjoniet tal-pulizija għadhom għaddejjin.