Għall-finali ta’ Carabao Cup li se tintlagħab fil-25 ta’ April f’ Wembley Stadium Tottenham u Manchester City ingħataw 2,000 biljett kull wieħed.
Din il-partita se tintuża bħala prova fil-pjan tal-Gvern Ingliż li jħalli lill-partitarji jirritornaw fl-istadiums. Persuni li għandhom inqas minn 18-il sena, u dawk li huma meqjusa bħala vulnerabbli kif ukoll in-nisa li se jkunu qed jistennew tarbija mhux se jitħallew jidħlu minħabba li ma ħadux il-vaċċin. Dawk li se jattendu għall-partita jridu jagħmlu test tal-COVID-19 sa 24 siegħa qabel ma tibda l-partita.
B’kollox għal dan il-konfront se jkun hemm 8,000 persuna li se jattendu bil-biljetti li jkun fadal se jitqassmu bejn ir-residenti ta’ Brent u l-ħaddiema tal-NHS. Intant, fit-18 ta’ April, għas-semifinali tal-FA Cup bejn Leicester u Southampton se jattendu 4,000 partitarju filwaqt li għall-finali se jattendu 21,000 spettatur.A
Avvenimenti oħra bħall-World Championships tas-snooker ukoll se jkunu qed jintuażaw bħala prova mill-Gvern Ingliż.
//= $special ?>