Lokali Sport

Wara pressjoni mill-Oppożizzjoni jingħata r-ramel fil-korsa tal-Marsa

Wara li fl-aħħar xhur l-Oppożizzjoni wettqet pressjoni fil-Parlament permezz tal-Kelliem għall-Isport Clyde Puli, fl-aħħar jiem il-Gvern ta r-ramel fil-korsa tal-Marsa sabiex id-dilettanti taż-żwiemel ikunu jistgħu iħarrġu ż-żwiemel tagħhom.

Clyde Puli rrimarka kif bosta nies jinvestu fi sport differenti li jiġi prattikkat fil-korsa tal-Marsa u għalhekk bosta dilettanti taż-żwiemel tkellmu mal-Partit Nazzjonalista sabiex jitkellem f’isimhom għaliex ħadd ma kien qiegħed jagħti kashom. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Puli qal li għad hemm ħafna xogħol xi jsir fil-korsa tal-Marsa fosthom it-tapit li jgħaddu minn fuqu iż-żwiemel u t-toroq tal-madwar fejn iż-żwiemel jipperikolaw li jweġġgħu għax it-toroq mhux tajbin.

Id-dilettanti taż-żwiemel bħal kull min hu involut f’kull tip ta sport ieħor għadu qed jistenna data mill-awtoritajiet ta’ meta l-isport f’pajjiżna se jkun jista’ jirritorna.