Lokali Parlament

Abbuż mill-fondi pubbliċi f’kampanja ta’ riklami mill-Ministru Carmelo Abela

Ir-riklami tal-Ministru Carmelo Abela ppubblikati fil-media s-sena l-oħra ma kinux jipprovdu informazzjoni ta’ valur għall-pubbliku iżda kienu intenzjonati li jtejbu l-immaġini tal-istess ministru. Għalhekk, stabilixxa r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler, dawn kienu qed jiksru l-etika tal-istandards fil-ħajja pubblika.

Ir-rapport kien pubbikat l-Erbgħa li għadda fil-media u dwaru kien hemm kontroversja minħabba li kien publbikat fil-media qabel kien diskuss fil-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-ħajja pubblika.

Ir-rapport stabilixxa li l-kampanja tal-Ministru Abela swiet lill-poplu €7,012 b’riklami fuq gazzetti lokali Illum, Malta Today, The Sunday Times of Malta, The Malta Independent on Sunday, It-Torċa u KullĦadd.  Ir-riklami kienu jinkldu wkoll ritratt tal-Ministru Carmelo Abela u tħallsu kollha mit-taxxi tal-poplu.

Il-Kummissarju qal li dawn ir-rapporti ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala ta’ interess pubbliku u kjarament kienu intenzjonati biex itejbu d-dehra tal-Ministru Abela. Dawn servew biss biex itejbu d-dehra tal-Ministru li kien qed jaħdem biex iżomm il-pożizzjoni ministerjali tiegħu.

Il-ġimgħa li għaddiet id-deputati Laburisti fil-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ibbojkottjaw il-laqgħa ta’ dan il-kumitat għaliex sostnew li r-rapport tal-Kummissarju Hyzler kien ingħata lill-media qabel kien diskuss fil-Kumitat.

Il-Kummisarju għall-Istandards qal li fl-Ingilterra d-deputati li jinstabu ħatja ta’ akkużi simili għal dawk tal-Ministru Abela jkollhom iħallsu lura l-ammont li huma jkunu wżaw mill-fondi pubbliċi.