Lokali

Anzjan bi ġrieħi serji wara li ntlaqat minn karozza

Ritratt: Martin Agius

Anzjan ta’ 79 sena ddaħħal l-isptar bi ġrieħi serji wara li aktar kmien llum wara nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fir Triq San Bastjan, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett kienet mgħarrfa li kien seħħ inċident għall-ħabta tal-4.15pm u malli waslu fil-post sabu li r-raġel kien intlaqat minn karozza tat-tip Kia Avella li kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi stess.

Ir-raġel ta’ 79 sena ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.