Wara tfittxija ta’ numru ta’ sigħat il-Pulizija irnexxielha tarresta l-allegat aggressur li ħalla raġel ta’ 35 sena fil-periklu tal-mewt wara argument li seħħ fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa. Argument li seħħ għall-ħabta tal-10.30 tat-Tnejn filgħaxija.
Mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li l-vittma, li jgħix iż-Żurrieq, safa’ aggredit b’sikkina minn raġel ta’ 32 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li fetaħ inkjesta.
//= $special ?>