Ekonomija Lokali Qorti

BNF Bank jikkjarifika li Albert Buttiġieġ m’għadx għandu rabta miegħu

Fi stqarrija b’referenza għall-bidu ta’ proċeduri kriminali kontra Albert Buttiġieġ, BNF Bank p.l.c. ikkonferma li s-Sur Buttiġieġ irtira mill-Bank fl-2018 u li m’għadx għandu rabta mal-Bank.

Filwaqt li ċaħdet kwalunkwe assoċċjazzjoni mat-twettiq u t-tmexxija tan-negozju tal-Bank, BNF Bank fl-istqarrija qalet li l-bank huwa konformi ma’ kull liġi u regolament applikabbli dwar in-negozju bankarju u jikkoopera mar-regolaturi u awtoritajiet kompetenti f’kull ħin.