Lokali Parlament

Brian Tonna jirrifjuta li jwieġeb dwar il-korruzzjoni tal-Electrogas; il-każ riferut lill-Ispeaker

L-awditur u partner ewlieni tal-kumpanija Nexia BT Brian llum irrifjuta li jwieġeb dwar il-korruzzjoni tal-Electrogas meta tressaq quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC). In-nuqqas ta’ tweġibiet minn Brian Tonna kien riferut lill-Ispeaker għal ruling.

Brian Tonna kien ix-xhud li tressaq qquddiem il-PAC li qed jinvestiga r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station tal-Electrogas.

Id-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus rrappreżentaw lill-Oppożizzjoni waqt li l-Whip Laburista Glenn Bedingfield, il-Ministru Clayton Bartolo u d-deputati Laburisti Ian Castaldi Paris u Stefan Zrinzo Azzopardi rrappreżentaw lill-Gvern. Il-kumitat hu presedut mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Brian Tonna kien akkumpanjat mill-Avukat Stephen Tonna Lowell, li qal li kien ta l-parir lill-klijen tiegħu biex ma jirrispondix domandi għaliex qed ikun investigat fuq dan il-każ.

Beppe Fenech Adami qal li hu konxju mir-rulings li kien hemm dwar din is-sitwazzjoni u hu konxju mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell fil-kawża kostituzzjonali li għamel Tancred Tabone tat-1 ta’ Lulju fejn il-Qorti għamlet distinzjoni bejn xhur u ieħor.

Il-Qorti iddeċidiet li xhud ma jista’ qatt iwġeb mistoqsija jekk jista’ jinkrimina ilu nnifsu pera f’każ ta’ xhud li fil-konfront li hemm passi kriminali fuqhom, ix-xhud jista’ jagħmel li ma jixdhux.

Il-kumitat mhux konxju li fil-konfront li hemm pendenti proċeduri kriminali konnessi mal-Electrogas u għalhekk id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar passi kriminali ma japplikawx għal dan il-każ.

L-Avukat Tonna Lowell qal li l-kostituzzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn persuna suspettat jew akkużat u għalhekk għandha tingħata protezzjoni. Jista’ jkun li Brian Tonna jkun persuna suspettata, sostna l-Avukat Tonna Lowell, li qal li jidher li Brian Tonna hu suspettat u għalhekk għandu jeżerċita d-dritt tiegħu għas-silenzju.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa jekk Brian Tonna hux suspettat dwar l-Electrogas bl-Avukat Tonna Lowell iwieġeb li mhux magħruf li Brian Tonna mhux suspettat iżda kien hemm mistoqsijiet dwar l-Electrogas fl-inkjesta maġisterjali. Hu qal li jekk Brian Tonna ma jridx iwieġeb allura kull mistoqsija tkun ikkunsidrata fuq il-merti tagħha.

Id-deputat Laburista Glenn Bedingfield qal li dment li x-xhud qed jiddikjara li mhux se jirrispondi allura m’hemmx skop li jsiru l-mistoqsijiet.

Jekk xhud jirrifjuta li ma jweġibx bla raġuni, l-Ispeaker jista’ jieħu passi fil-konfront tax-xhud, sostna Beppe Fenech Adami.

Id-deputat Laburista Ian Castadi Paris qal li m’għandhomx isiru l-mistoqsijiet jekk ix-xhud mhux se jwieġeb.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-kumitat għandu l-obbligu li jagħmel il-mistoqsijiet bħala parti mill-investigazzjoni tal-kumitat u għalhekk kellhom isiru l-mistoqsijiet filwaqt li x-xhud iwieġeb jew ma jweġibx, kif jixtieq.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina għadda biex jibda l-mistoqsijiet dwar il-professjoni ta’ Brian Tonna, is-sid tal-kumpanija Nexia BT, l-ammont kbir ta’ kumpaniji oħra, il-ħajja professjonali tiegħu u ma’ min hu sieħeb fin-negozju.

Dwar l-Electrogas, Brian Tonna ma rrispondix dwar l-involviment tiegħu fil-proċess, dwar is-sehem fil-proposta Laburista qabel l-2013, dwar laqgħat ma’ Joseph Muscat, Keith Schembri qabel l-2013 u dwar laqgħat fiċ-ĊNL qabel l-2013.

Fuq il-bażi tad-dritt tas-silenzju hu ma weġibx minn min kien avviċinat biex ikun involut fil-proġett tal-Electrogas, x’laqgħat kellu dwar il-proġett tal-Electrogas, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Konrad Mizzi, laqgħat ma’ Konrad Mizzi qabel l-2013, il-karigi fil-proċess tal-Electrogas, ir-rwol tiegħu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn kien l-uffiċċju tiegħu f’Kastilja, min kien miegħu fl-uffiċċju u laqgħat li kellu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-Electrogas.

Hu ma rrispondix kemm ilu ajf lil Joseph Muscat u Keith Schembri, interessi kummerċjali ma’ Keith Schembri Konrad Mizzi u Joseph Muscat, relazzjoni ma’ Gem Holding Ltd, min huma l-kumpaniji fil-Gem Holdings Ltd, in-New Eenergy Supply Ltd, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Yorgen Fenech, ix-xogħol li hu għamel għal Fenech, kif sar jaf lil Konrad Mizzi, kemm-il darba ltaqa’ ma’ Konrad Mizzi qabel l-2013, x’kien ix-xogħol professjonali li għamel għal Konrad Mizzi.

Brain Tonna ma rrispondiex dwar negozju ma’ Konrad Mizzi, żjarat barra minn Malta dwar l-Electrogas, jafx lil Chan Chan u negozju miegħu, laqgħat ma’ Chan Chan, min qabbdu jagħmel xogħol għall-Enemalta kemm tħallas, fuq liema bordijiet kien bħala partner ta’ Nexia BT fuq l-Electrogas, kienx parti minn kumitat li wassal għall-proġett tal-Electrogas, jekk kellux konflitt ta’ interess, min huma n-nies wara Gem Holdings Ltd u r-relazzjoni tiegħu ma’ SOCAR.

Hu ma rrispondiex mistoqsijiet dwar David Galea, dwar Sven Latier, Tom Lenard u laqgħat li kellu magħhom, dwar il-kumpanija Egrant, għal min waqqafha, ma’ min siefer riċentament, il-bejgħ tal-power station tal-BWSC liċ-Ċiniżi, kuntatti mal-gvern Ċiniż u interessi kummerċjali li għandu fiċ-Ċina.

Brain Tonna kien mistoqsi wkoll dwar dokumenti li għandu fuq l-Electrogas u l-kumitat li ddeċieda li l-power station tingħata lill-Electrogas.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa lil Brian Tonna min għażlu biex ikun fuq il-bordijiet tal-Electrogas, dwar studju li sar fuq is-sit tal-power station, l-għażla tat-tanker jew ħażna fuq l-art għall-power station, kif tqabbad awditur ta’ Gem Holdings Ltd wara li hu għażel lill-Electrogas, ir-rabta bejn Egrant u l-Electrogas, l-involviment tiegħu fil-proġett tal-Montenegro, ir-relazzjoni bejn Egrant u Macbridge, l-involviment ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri fil-proċess tal-Electrogas, laqgħat f’Kastilja dwar il-proċess tal-għażla tal-Electrogas.

L-awditur Brian Tonna ma weġibx dwar il-garanzija bankarja u kemm tħallas mit-taxxi tal-poplu biex mexxa l-proċess tal-Electrogas.

L-Avukat Tonna Lowel qal li x-xhud hu akkużat b’ħasil ta’ flus u għalhekk qed jeżerċita d-dritt tas-silenzju.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qla li hu wkoll għandu iktar mistoqsijiet iżda jekk ix-xhud jibqa’ ma jwieġeb xejn, allura l-każ ikun riferut lill-Ispeaker biex tingħata gwida dwar liema mistoqsijiet ix-xhud jista’ jwieġeb. Hu qal li l-mistoqsijiet li saru ma kienux jirriferu għall-kawżi li għandu Brian Tonna quddiem il-qorti fosthom dwar il-każ tal-bejgħ tal-passaporti. Brian Tonna m’għandux ikollu d-dritt li ma jweġibx fuq kollox, sostna Beppe Fenech Adami.

Is-seduta kienet aġġornata sakemm jingħata r-ruling mill-Ispeaker.