Sport Sport Ieħor

Conor McGregor u Dustin Poirier se jiġġieldu f’Las Vegas

Il-President tal-UFC Dana White ikkonferma li l-ġlieda bejn Conor McGregor u Dustin Poirier se ssir f’Las Vegas quddiem 20,000 spettatur li se jitħallew jidħlu.

Dan wara jumejn li Conor McGregor kien ħabbar li l-ġlieda ma kinitx se ssir. Dan seħħ wara li fuq il-midja soċjali, Conor McGregor qal li fl-10 ta’ Lulju jrid jiġġieled kontra xi ħadd ieħor.

Din il-ġlieda se tkun it-tielet waħda bejn it-tnejn fejn wara li McGregor rebaħ l-ewwel dwell, Poirier rebħa ir-rematch wara ‘technical knockout’. L-Irlandiż ilu ma jirbaħ ġlieda sa minn Jannar tal-2020 fejn wara li kien ħabbar li se jiritira issa se jirritorna għal ġlieda kontra Poirier.