Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Ebda fatalità rreġistrata – 58 każ ġdid

Huma 58 l-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 29,778.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn t-Tlieta u l-Erbgħa ma ġietx irreġistrata fatalità kawża tal-firxa tal-virus. Dan iffisser li pajjiżna rreġistra ebda mewta għat-tielet jum f’ħamest ijiem…. fatt li ilu ma jseħħ minn nofs Ottubru tal-2020.

Għaldaqstant il-vittmi tal-pandemija għadhom qed jammontaw għal 403.

Dan filwaqt li l-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 41 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 28,797 bil-każi attivi issa jammontaw għal 578.

Sat-Tlieta it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 76,593.