Lokali

Gwardjan Lokali jittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn vettura

Raġel li jaħdem bħala Uffiċjal tal-Komunità kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ ftit qabel it-tlieta tal-Erbgħa waranofsinhar fi Triq l-Imdina meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq mill-uffiċjal ta’ 42 sena minn Wied il-Għajn u karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 24 sena minn Ħal Luqa.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin, il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.