Futbol Sport

Hansi Flick mistenni jinħatar coach tal-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja Ġermaniża qed jindikaw li l-coach ta’ Bayern Munich Hansi Flick, fl-aħħar tal-istaġun se jkun qed jirriżenja minn coach ta’ Bayern Munich biex wara li tgħaddi l-EURO 2020 jinħatar coach tal-Ġermanja minflok Joachim Low.

L-eks captain tal-Ġermanja Lothar Matthaus qal li jemmen li l-eliminazzjoni ta’ Bayern Munich mill-UEFA Champions League se twassal biex Low iħalli lil Bayern Munich u qal li Hansi Flick jinsab fuq nett fil-lista tal-Federazzjoni tal-Futbol Ġermaniża sabiex jieħu post Low.

Jidher ukoll li post Flick ma’ Bayern Munich se jkun qed jieħdu l-coach żgħażugħ ta’ RB Leipzig Julian Nagelsmann minkejja li għandu kuntratt ma’ Leipzig sal-2023.

Hansi Flick inħatar coach ta’ Bayern Munich fl-2019 minflok Niko Kovac fejn fi 18-il xahar irnexxielu jirbaħ sitt tazzi, fosthom il-Bundesliga, l-UEFA Champions League u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.