Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tipproponi tilqim fuq ix-xogħol u toħloq pjattaforma innovattiva

Il-Kamra tal-Kummerċ tħejji għan-'normalità l-ġdida' fl-industrija

Il-Kamra tal-Kummerċ nediet pjattaforma innovattiva li tkun qed tiffoka fuq il-qasam tar-retail u l-manifattura u l-bżonnijiet tagħhom għal dik li qed isejħulha ‘n-normalità l-ġdida’.

Din il-pjattaforma għandha l-għan li tgħin lill-operaturi jirristruturaw l-operat tagħhom, itejbu l-użu tat-teknoloġija u tqarribhom ma’ service providers.

Rapprezentanti ta’ madwar 200 negozju minn aktar minn 20 pajjiż diġà rreġistraw fuq il-pjattaforma virtwali li nediet il-Kamra tal-Kummerċ.

Il-President tal-Kamra Marisa Xuereb spjegat kif l-ewwel priorità għall-viżjoni ekonomika sal-2025 huwa tkabbir tajjeb ekonomiku, u x-xewqa hi li s-settur jilqa’ inizjattivi u jimplimenta azzjonijiet u jibnu mudelli operattivi madwar il-kapaitajiet innovattivi u teknoloġiċi.

Marisa Xuereb spjegat kif l-industrija, bħall-pajjiż, tinsab f’ġirja kontra l-ħin biex tikseb herd immunity kontra l-Covid-19 permezz tat-tilqim, filwaqt li għarfet li għalkemm ir-remote working provdiet ħafna impjegati u sidien b’possibiltajiet ġodda, mhux kull xogħol jista’ jaħdem remotement, u f’dan l-ambitu reġgħet tennet l-appell tagħha sabiex dawk kollha li ma jistgħux jaħdmu mid-dar.

Hija filfatt issuġġeriet inizjattivi li jisgħu jgħinu, bħal tilqim fil-post tax-xogħol minn tobba tal-kumpaniji, sabiex il-proċess tat-tilqim jitħaffef. Inizjattivi bħal dawn, sostniet Xuereb, jgħinu għal rollout ferm aktar effiċjenti, anke fid-dawl tal-fatt li l-postijiet tax-xogħol huma t-tieni l-akbar sors ta’ infezzjonijiet wara l-kuntatt fid-djar.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb qalet li qed tgħaddi r-reazzjonijiet tal-operaturi sostniet li l-Kamra qed għaddiet il-proposti tagħha lill-Gvern bil-għan li t-tfassil ta’ pjanijiet għal dan il-qasam ikun mibni fuq il-bżonnijiet tal-operaturi.