Lokali Parlament

Il-parlament jivvota favur l-ugwaljanza u iktar nisa fil-parlament

Il-parlament llejla ivvota b’maġġoranza qawwija favur emendi kostituzzjonali biex fil-parlment ikun hemm iktar ugwalanza bejn in-nisa u l-irġiel il-parlament; emendi li se jaraw iż-żieda ta’ deputati nisa fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.

L-emendi kostituzzjonali kienu aprpovati b’63 vot favur u tnejn kontra; bl-Oppożizzjoni Nazzjonalista tivvota favur dawn l-emendi.

Qabel ittieħed il-vot tkellem id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone li qal li l-PN jiddispajċih ħafna li l-emenda mressqa mill-gvern kienet nofsha misjura u spjega li l-PN ressaq numru ta’ emendi biex jiżdiedu n-nisa anki jekk jitla’ t-tielet partit.

Il-PN dejjem emmen f’iktar nisa fil-parlament, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PN kien għamel ukoll proposta biex l-elezzjonijiet każwali jsiru mill-ewwel wara l-elezzjoni ġenerali biex il-Prim Ministru jkun f’pożizzjoni aħjar biex jifforma l-kabinett b’mod immedjat.

Hu appella biex minkejja dan il-vot ikun hemm diskussjonijiet biex din il-liġi tkompli titjieb.