Raġel tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi blokka appartamenti li tinsab taħt kostruzzjoni fi Triq il-Qrempuċ, Marsaskala.
Il-Pulizija ikkonfermat li r-raġel, li hu ta’ nazzjonalita’ Albaniża, waqa’ f’xaft minn għoli ta’ madwar seba’ sulari
Fil-post hemm diversi membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Pulizija. Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech kienet informata bil-każ u fetħet inkjesta bl-għajnuna ta’ numru ta’ esperti.
//= $special ?>