Lokali

Indikazzjoni li Brian Tonna kkunsidrat suspettat fid-deal tal-Electrogas

Waqt laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Pubbliċi, l-avukat ta’ Brian Tonna, Stephen Tonna Lowell ikkonferma li l-klijent tiegħu, qed jiġi interrogat fuq id-deal tal-Electorgas.

Dan wara li membri tal-Kumitat immexxi mid-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qalu li kienu se jkunu qed jagħmlu mistoqsijiet lid-direttur ta’ Nexia BT dwar il-kuntratt tal-Electrogas.

L-Avukat ta’ Tonna qal li hu ta parir lill-klijent tiegħu biex ma jweġibx il-mistoqsijiet li se jsirulu, madankollu Fenech Adami qal li d-dritt tas-silenzju japplika biss jekk dak li jkun qed jiġi mistoqsi tista tinkrimina lix-xhud.