Lokali Parlament

L-Awtorità tal-Ippjanar bi rwol importani fl-ippjanar ambjentali tal-futur

Hemrann Schiavone, PN

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha rwol importanti ħafna biex il-pajjiż ikollu pjan ħolisitiku għall-futur.

Fil-parlament Hermann Schiavone qal li l-PN jaqbel li l-eċċezzjonijiet preliminari jibdew trattati biex ma jinħeliex il-ħin. Hu qal li t-tribunal hu bord tal-appell għall-każi tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA biex dawn ma jmorrux quddiem il-qorti iżda jmorru quddiem dan it-tribunal.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan il-bord irid ikun indipendenti u enfażizza l-importanza tal-integrità biex ma jkunx hemm konflitt ta’ interess. Iċ-Chairman mhux liberu li jiddeċiedi kif irid għaliex meta jispiċċa minn chairman irid imur lura jaħdem mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-Awtorità tal-Ippjanar u qal li l-limitazzjonijiet tal-bini ogħli jwasslu għal erba’ sulari u pent house iżda hawn eluf ta’ binjiet ta’ 25 sena ilu li għandhom garaxxijiet ta’ 14-il filata ma jistgħux itellgħu sular ieħor propju minħabba metru.

Dan qed jeffettwa lil ħafna familji bl-ulied li jixtiequ jibnu djarhom. Din il-problema tista’ tkun solvuta, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li l-pajjiż qed jimtela’ b’torrijiet b’ħafna appartamenti.

Hermann Schiavone tkellem dwar il-binjiet fil-UCA u qal li hemm binjiet li qed iħaffru minħabba l-multa li bilfors irid ikollhom garaxx. Hu ppropona li fiċ-ċentri tal-villaġġi u fejn hemm peremessi ta’ ikar sulari, titneħħa l-multa tal-garaxxijiet biex ma jsirx tħaffir taħt l-art għaliex qed iseħħu l-inċidenti waqt it-tħaffir.