Ekonomija Lokali

Malta bl-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali fl-Unjoni Ewropea

Pajjiżna rreġistra l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri maħruġa mill-Eurostat urew li fi Frar Malta rreġistrat l-akbar tnaqqis bi ftit inqas minn 11% meta ċ-ċifri ġew mqabbla mal-istess perjodu tas-sena preċedenti. Dan filwaqt li l-akbar żieda ġiet irreġistrata fl-Irlanda b’aktar minn 41% bil-medja Ewropea jkun tnaqqis ta’ 0.9%.

Dan filwaqt li meta ċ-ċifri ġew mqabbla ma’ dawk ta’ Jannar tal-2021, Malta rreġistrat it-tieni l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali bi tnaqqis ta’ ftit inqas minn 4%, issegwi lil Franza bi ftit inqas minn 5%.