Sport Sport Ieħor

Mark Cavendish jirbaħ it-tielet stadju konsekuttiv fit-Tour tat-Turkija

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Brittaniku Mark Cavendish rebaħ it-tielet stadju konsekuttiv fit-Tour tat-Turkija meta rebaħ ir-raba’ stadju wara li rnexxielu jevità ħabta kerha bejn għadd ta’ ċiklisti lejn it-tmiem.

Cavendish li jsuq għal Deceuninck-Quick Step temm l-istadju qabel Jasper Philipsena u Stanislaw Aniolkowski b’ Cavendish jiftaħ vantaġġ ta’ 12-il sekonda fil-quċċata tal-klassifika ġenerali.

Fi tmiem it-tellieqa, Cavendish qal li għalieh l-importanti hu li jkompli jirbaħ it-tim tiegħu bl-istadju li jmiss isir bejn Kemer u Elmali fuq distanza ta’ 160.3km.