Sport Sport Ieħor

Matsuyama tħassar ir-relay tat-torċa Olimpika

(Ritratt: EPA)

Belt fil-Punent tal-Ġappun ħassret ir-relay tat-torċa tal-Olimpjadi ta’ Tokyo minħabba każijiet ta’ coronavirus li żdiedu matul il-ġurnata . Il-belt ta’ Matsuyama kienet it-tieni belt li ħassret dan l-avveniment uniku għal Ġappun.

Id-deċiżjoni waslet 100 jum qabel ma jibdew l-Olimpjadi tal-2020 u żżid mat-tħassib dwar il-vijabilità tal-avveniment  b’ każijiet ta ’ coronovirus jiżdiedu fil-Ġappun u fil-madwar.

Tokihiro Nakamura, gvernatur tal-prefettura ta’ Ehime qal li kkanċellaw ir-relay tat-torċa fil-belt ta’ Matsuyama u se jgħamlu ċelebrazzjoni għall-wasla tal-fjamma b’mod li ma jinvolvix spettaturi.

Nakamura kkummenta li s-servizzi mediċi ta’ emerġenza fir-reġjun huma taħt pressjoni estrema hekk kif żdiedu l-każijiet ta’ Covid-19 .

Din id-deċiżjoni ġiet aċċettata mill-Kumitat Organizzattiv ta’ Tokyo 2020, li ma kkummentax immedjatament.

Ir-relay tat-torċa Olimpika beda fil-25 ta’ Marzu f’Fukushima u suppost kellu jgħaddi minn Matsuyama fil-21 ta’ April , il-belt ta’ l-eroj tal-golf Hideki Matsuyama.

Din il-ġimgħa it-torċa twaqqfet mit-toroq pubbliċi fir-reġjun ta’ Osaka din il-ġimgħa, minflok it-torċa ittieħdet f’park magħluq quddiem numru limitat ta’ persuni.