Futbol Sport

Ondrej Kudela ta’ Slavia Prague sospiż 10 partiti

Id-difensur ta’ Slavia Prague Ondrej Kudela ġie sospiż 10 partiti wara li allegatament għadda kummenti razzjali fil-konfront tal-attakkant ta’ Rangers Glen Kamara fil-partita mill-UEFA Europa League x-xahar li għadda.

Minn naħa l-oħra l-attakkant ta’ Rangers se jkun qed jiskonta sospensjoni ta’ tliet partiti wara li l-UEFA fetħet ukoll proċeduri fil-konfront ta’ Kamara.

Id-difensur ta’ Slavia Prague diġa tilef l-ewwel konfront mill-kwartifinali tal-UEFA Europa League kontra Arsenal wara li oriġinarjament, Kudela kien sospiż partita waħda.

Rangers ħabbru li l-players u l-istaff tal-klabb se jkunu qed jagħmlu boycott fuq il-midja soċjali għal ġimgħa wara li għadd ta’ players sfaw vittma ta’ abbużi razzjali fuq il-midja soċjali.

Isiru magħrufa s-semifinalisti tal-UEFA Europa League

Intant, għada jintlagħab t-tieni leg tal-kwartifinali tal-UEFA Europa League fejn tispikka l-partita bejn Arsenal u Slavia Prague fejn fl-ewwel leg, it-tim mir-Repubblika Ċeka rnexxielu jsalva draw fl-aħħar sekondi tal-partita.

Manchester United f’darhom jilgħabu kontra Granada bit-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer jibda favorit hekk kif rebaħ l-ewwel leg fi Spanja 2-0. Fi Stadio Olimpico, Roma jilgħabu kontra Ajax bit-tim ta’ Paulo Fonseca jibda b’vantaġġ minimu ta’ 2-1.

Villareal jibdew b’vantaġġ ta’ 1-0 kontra Dinamo Zagreb, b’Villareal jirbħu l-aħħar mis-seba’ partiti konsekuttivi

UEFA EUROPA LEAGUE

Illum: Slavia Prague v Arsenal 9.00pm, Roma v Ajax 9.00pm, Villareal v Dinamo Zagreb 9.00pm, Manchester United v Granada 9.00pm