Futbol Sport

Qormi FC jiċħdu li l-klabb se jagħlaq

Fi stqarrija fuq il-paġna uffiċjali tal-klabb, Qormi FC ċaħdu kull xniegħa li l-klabb se jkun qed jagħlaq jew li n-nursery mhux se tibqa’ titmexxa.

Qormi FC qalu li l-klabb qed jaħdem bla waqfien biex ikompli jitmexxa fid-direzzjoni t-tajba u biex jerġgħu jirritornaw f’diviżjoni li tiexraq lill-klabb.

Wara d-deċiżjonijiet tal-MFA nhar il-Ġimgħa, li l-Kampjonati jiġu fi tmiemhom, minkejja li l-BOV Challenge League ġie dikkjarat null, Qormi kienu matematikament relegati u b’hekk fl-istaġun li ġej se jilgħabu fl-Amateur League.