Lokali

Żagħżugħa l-Isptar wara li żewġ karozzi spiċċaw imrikkbin fuq xulxin

Żagħżugħa mill-Mosta sofriet xi feriti f’inċident li seħħ ilbieraħ waranofsinhar fil-Mosta stess.

Fl-inċident kienu nvoluti karozza tat-tip Toyota Corolla, misjuqa miż-żagħżugħa, u karozza tat-tip Suzuki Swift misjuqa minn żagħżugħa oħra. Mhux magħruf x’wassal għall-inċident, iżda ż-żewġ karozzi spiċċaw imrikkbin fuq xulxin.

Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna qabel ma ż-żagħżugħa ttieħdet għal aktar kura.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.