Lokali

Żieda sostanzjali fil-prezz tal-ġwież tal-annimali

Fl-aħħar ġimgħat ġiet imħabbra żieda ta’ madwar €18 f’kull tunnellata ta’ ġwież tal-annimali – theddida fuq ir-raħħala Maltin u Għawdxin.

Dan ifisser li l-ġwież li jservi bħala ikel lill-annimali fosthom; il-majjal, tiġieġ, baqar li jintużaw għaċ-ċanga kif ukoll għall-ħalib żied fil-prezz, żieda li twassal għall-iżvantaġġjar u n-nuqqas ta’ kompetitività fl-industrija lokali.

Dan filwaqt li żied ukoll il-ġwież tal-ikel tal-fniek u ż-żwiemel.

Nies fis-settur tal-agrikoltura saħqu li inevitabbilment hemm ir-riskju li l-konsumatur jara li l-ħalib, laħam u ġobon lokali jżid fi prezzu.

Huma saħqu li bid-differenza ta’ pajjiżi barranin, f’Malta m’għandnix fejn jinħażen il-ġwież u l-materja prima u għalqdaqstant f’pajjiżna hawn monopolju tal-Gvern minħabba li huwa responsabbli mill-grain terminal.

L-esperti fis-settur saħqu li fil-qasam tagħhom kollox jimxi katina u malli jkun hemm intopp serju r-riperkussjonijiet jibdew jinħassu ma’ kull rokna.