Futbol Sport

Arsenal u Man Utd fis-semi finali tal-UEFA Europa League

Arsenal kisbu rebħa faċli ta’ 4-0 fuq Slavia Prague biex b’ hekk għaddew għas-semi finali tal-UEFA Europa League bi skor aggregate ta’ 5-1. Għal Arsenal fetaħ l-iskor NICOLAS PEPE fuq pass ta’ Emile Smithe Rowe, biex żewġ minuti wara Arsenal inagħtaw penalty għal foul fil-kaxxa fuq Bukayo Saka. Mill-ħdax-il metru nkariga ruħu minnu ALEXANDER LACAZETTE li ma żbaljax għal 2-0. Arsenal għamluwhom tlieta ftit minuti wara meta minn BUKAYO SAKA qata’ tajjeb minn fuq il-lemin u b’xutt fil-baxx għeleb lil gowlkiper Ondrej Kolar. Arsenal sorjaw ir-raba gowl tal-partita fis-77 minuta meta minn cross ta’ Nicolas Pepe, reġa’ kien ALEXANDER LACAZETTE li b’xutt tajjeb skorja għal skor finali ta’ 4-0.

Manchester United ukoll għamluwha mal-aħħar erab’ hek kif f’Old Trafford għelbu lil Granada bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskor aggregate ikun dak ta’ 4-0. Man Utd fetħu l-iksor kmieni fil-partita meta fis-sitt minuta, minn cross ta’ Alex Telles, Paul Pogba niżżel tajjeb lejn EDISON CAVANI li b’volley tajjeb għeleb lil gowlkiper ta’ Granada għal 1-0. Man Utd kellhom jistennew sal-aħħar minuta tal-partita għat-tieni gowl JESUS VALLEJO tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 2-0.

Villareal għelbu li Dinam Zagreb bl-iskor ta’ 2-1 biex għaddew għas-semi finali bl-iskot ta’ 3-1 fuq iż-żewġ legs. Villareal fetħu l-iskor fis-36 minuta permezz ta’ PACO ALCACER fuq pass ta’ Samuel Chukweze, biex GERARD MORENO għamilhom tnejn żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Dinamo Zagreb naqqsu d-distakk fl-74 minuta permezz ta’ MISLAV ORSIC li madanakollu ma kienx biżejjed biex jwettqu xi tip ta’ reazzjoni fil-partita.

Roma kellhom jitħabtu sabiex għaddew għas-semi finali fl-ikta konfront bilanċjat tal-kwarti finali, fejn spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Ajax, b’ Roma jgħaddu għas-semi finali wara r-rebħa li kellhom fl-ewwel leg bl-iskor ta’ 2-1. Ajax fetħu l-iskor fid-49 minuta permezz ta’ BRIAN BROBBEY li qabbeż b’eleganza minn fuq il-gowlkiper ta’ Roma Pau Lopez. Madanakollu Roma skorjaw il-gowl tad-draw fit-72 minuta permezz ta’ EDIN DZEKO biex kien biżejjed għat-tim Taljan li għamilha għas-semi finali kontra Man Utd.

Illejla: Slavia Prague v Arsenal 0-4 (1-5), Man Utd v Granada 2-0 (4-0). Villareal v Dinamo Zagreb 2-1 (3-1), Roma v Ajax 1-1 (3-2)

Semi finali : Arsenal v Villareal , Man Utd v Roma