Internazzjonali

Awstrija: It-taħditiet nukleari jerġgħu jibdew iżda t-tħassib għadu hemm….

epa08376802 A handout photo made available by the Iranian Revolutionary guard official website SepahNews reportedly to show the lunch of the Qased satellite carrier used by Iran's Islamic Revolution Guards Corps (IRGC) to launch Nour (Light)-1, Iran's first military satellite, into its orbit, from an undisclosed location, Iran, 22 April 2020. Media reported that Iran?s Islamic Revolution Guards Corps (IRGC) has successfully launched and placed the country?s first military satellite into the orbit. EPA-EFE/SEPAHNEWS HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

L-Iran u l-potenzi tad-dinja komplew mill-ġdid it-taħditiet fi Vienna biex isalvaw il-ftehim nukleari storiku tal-2015. Madankollu, il-proċess jista’ ikun ikkumplikat bid-deċiżjoni tal-Iran biex iżid l-irraffinar tal-uranju li jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ armi atomiċi. Fl-istess ħin, l-Iran qed jakkuża lil Iżrael dwar ‘sabutaġġ’ fil-konfront tas-sit nukleari ta’ Natanz – u wara l-isplużjoni tal-Ħadd fil-faċilitàinkwistjoni.

Sadanittant, l-Iran qed jaħseb biex l-irraffnar tal-uranju jiżdied għal 60 fil-mija li hu pass kbir eqreb id-90 fil-mija meħtieaġ għall-materjal li jintuża għal skopijiet militari.

L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea kritikaw dan il-pass mir-reġim ta’ Tehran u wissew li l-inizjattiva tmur kontra l-isforzi lejn il-qawmien mill-ġdid tal-ftehim nukleari storiku.

Il-fatt li l-Iran qed jirrifjuta taħditiet diretti mal-Istati Uniti wassal, il-ġimgħa l-oħra, biex medjaturi Ewropej jivvjaġġaw bejn lukandi separati fi Vienna fejn kienu alloġġjati r-rappreżentanti tal-pajjiżi rivali. Dan waqt li l-Iran u l-Istati firmatarji oħrajn kienu ħadu sehem fl-ewwel rawnd ta’ taħditiet kostruttivi biex isalvaw il-patt tal-2015.