Ġuvni ta’ 17-il sena resident ll-Fgura qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ f’Ħal Tarxien.
Għal ħabta tad-21.00 il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-ġuvni ta’ 17-il sena residenti l-Fgura, li kien qed isuq e-kick scooter, intlaqat minn Fiat Seicento li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żejtun.
Il-ġuvni ngħata l-ewwel għajnuna f’ċentru tas-saħħa, fejn wara ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>