Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fir-residenza tiegħu

Ritratt: Martin Agius

Għall-ħabta tat-08.15 ta’ dalgħodu, l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq iċ-Ċinju, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta, waqa’ madwar sular min fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzzjoni.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ssejħu fuq il-post biex jassistu, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.