Atletika Sport

Caster Semenya mhux se tieħu sehem fil-200 metru fl-Olimpjadi ta’ Tokyo

L-atleta Caster Semenya ikkonfermat li mhux ser tipprova tikkwalifika għal kompetizzjoni tal-200 metru u tkun eliġibbli għal Olimpijadi ta’ Tokjo. Hija kkonfermat wara li ddefendiet it-titlu nazzjonali għall-Afrika t’Isfel fuq id-distanza ta’ 5000 metru.

Semenya li għandha 30 sena rebħet fi 15 il-minuta 52.28 sekondi li huwa 42.48 sekondi lil hinn mill-ħin ta’ kwalifikazzjoni għall-Olimpijadi. Hija ma tistax tiddefendi t-titlu tagħha tat-800 metru wara r-regolament kontroversjali mill-Federazzjoni Dinjija tal-Atletika b’rabta mal-livell tat-testosterone f’atleti nisa.

Semenya qalet li apparti l-fattur tal-eta’ hija qed tibża li l-200 metru jgħamel pressjoni żejjda fuq il-muskoli. Il-kwalifika għal Tokjo tgħalaq fid-29 ta’ Ġunju. Caster Semenya rebħet darbtejn it-800 metru tal-Olimpijadi rebħet wkoll l-1500 metru fil-Logħob tal-Commonwealth fl-2018.

Skont ir-regolamenti ġodda tal-atletika hija ma tistax tikkompeti fl-400 metru u fl-1500 metru sa kemm ma taċċettax li tieħu droga biex tnaqqas il-livell għoli ta’ testosterone.