Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 55 każ ġdid filwaqt li fiequ 45.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ma ġiet irreġistra ebda fatalita’ kawża ta’ dan il-virus.
“Bil-miżuri li qed inneħħu, dejjem qed jiżdiedu aktar ir-riskji li jiżdiedu il-każi pożittivi” – kliem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt intervista li tat lit-Times of Malta. Il-Professur Gauci stqarret li l-miżura tal-ilbies tal-maskri f’postijiet pubbliċi, kif ukoll id-distanza soċjali, għalissa ser jibqgħu fis-seħħ anke minħabba l-fatt li l-ħwienet ser jiftħu mill-ġdid mis-26 t’April.
Filfatt, il-Professur Charmaine Gauci stqarret li l-maskri għandhom jibqgħu jiġu milbusa anke fix-xhur tas-Sajf, u anke fuq il-bajjiet. Hi tenniet l-importanza li wieħed jilbes il-maskra hekk kif jitla’ lura mill-baħar.
Mistoqsija jekk hemmx pjan dwar meta ser inkunu nistgħu noħorġu fil-pubbliku mingħajr maskra, Charmaine Gauci stqarret li dan jiddependi mis-sitwazzjoni u mill-każi pożittivi.
//= $special ?>