Lokali

Ebda serħan il-moħħ għall-isportivi

Jidher li l-Gvern għadu ma jridx jirtira mill-pożizzjoni tiegħu li jiddeskrivi l-isport bħala “passatemp” –  frażi li urtat lil bosta persuna li għandhom tant għal qalbhom dan is-settur, u li jaħdmu fih b’mod professjonali.

Għal Robert Abela l-isport huwa sempliċiment passatemp… iżda għal bosta atletli li jitħarrġu b’mod professjonali u dawk l-atletli li jiddependu mill-isport għall-għixien tagħhom, l-isport huwa aktar minn passatemp. Għalhekk, qed jibqa’ joħroġ aktar ċar li għall-Gvern Laburista l-isport mhux ikkunsidrat bħala prijorità

Għal darb’oħra, is-Segretarju Parlamentari dwar isport… mistoqsi propju dwar dan id-diskors li uża Robert Abela… qalilna li hemm differenza bejn il-kliem u l-fatti. Frażi li rrepetiha għat-tieni darba din il-ġimgħa.

Il-mod li bih is-Segretarju Parlamentari wieġeb għal darba darbtejn għall-mistoqsijiet ta’ Net News, ma ta l-ebda serħan il-moħħ jew konsolazzjoni lill-isportivi li sal-lum għadhom bla tweġiba dwar meta se jerġgħu ikunu jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom.