Bejjiegħa tal-ħaxix jinsabu irrabjati wara li dalgħodu qalgħu multa ta’ xejn anqas minn €6,000 wara li ramaw it-trakkijiet tagħhom f’Ħaż-Żebbuġ.
Jidher li l-kwistjoni bdiet wara li l-bejjiegħa ramaw fiz-zona li ssoltu tintuża minn tal-monti. Dan meta bħalissa l-monti mhux jintrama minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid.
Nies li dalgħodu kienu fil-pjazza qalulna li ma jistgħux jifhmu kif ingħataw il-multi għaliex tal-ħaxix huma permessi li jarmaw minħabba li jbiegħu l-ikel. Jidher li l-kwistjoni ikkomplikat ruħha għaliex it-trakkijiet tpoġġew fil-post tal-monti, u kien għalhekk li dabbru multa ta’ €6,000.
//= $special ?>