Lokali

Il-Gvern jagħmel it-tieni inawgurazzjoni tal-proġett tal-Marsa

Għat-tieni darba, il-Gvern inawgura l-istess proġett tal-flyover tal-Marsa… proġett li ġie jiswa 70 miljun ewro… proġett li sar grazzi għal miljuni li pajjiżna kiseb mill-Unjoni Ewropea. Din iċ-ċerimonja saret għall-ħabta tas-7.30 ta’ llejla.

L-ewwel inawgurazzjoni saret fil-25 ta’ Ottubru tal-2019 fejn kienet saret ċeremonja għal biċċa mill-flyover tal-Marsa – nefqa li laħħqet kważi 40,000 ewro. Sentejn ilu kien ġie żvelat li l-maġġor parti tal-€40,000 li Infrastructure Malta nefqet sabiex ġie inawgurat il-ftuħ ta’ biċċa mill-proġett tal-Marsa, marru ghand Formac Ltd – il-kumpanija li torganizza ħafna mill-attivitajiet tal-massa tal-Partit Laburista.