Il-maġġoranza tal-gradwati fuq livell ta’ edukazzjoni terzjarja kienu n-nisa b’57.1%, jiġifieri żieda ta’ 1.4% mill-2018. Dan filwaqt li fil-maġġoranza, in-nisa gradwaw fuq livell ogħla mill-irġiel.
L-iktar setturi ta’ edukazzjoni li raw l-akbar ammont ta’ gradwati fl-2019 kienu tan-Negozju, Aministrazzjoni u l-Liġi, tant li l-ammont ta’ gradwati minn dawn is-setturi ilaħħaq terz tal-gradwati kollha (34.4%). It-tieni l-iktar qasam edukattiv li ra gradwati kien tas-Saħħa u l-Benesseri, jiġifieri dak ta’ 18.1%.
Dan u iktar ħareġ fir-riċerka riċenti li saret mill-NSO fejn fl-aħħar sena dehret żieda ta’ 4% ta’ barranin li gradwaw f’pajjiżna, liema ammont kien dak ta 640 student (13.1%). L-akbar ammont fost dawn il-gradwati kien minn studenti li mhumiex ċittadini ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Intant, 55.3% tal-gradwati fuq livell ta’ Baċellerat (ISCED level 6) ġabu kwalifikazzjoni tal-ewwel degree. Dan filwaqt li 33.7% tal-gradwati fuq livell ta’ Masters (ISCED level 7) ġabu l-istess tip ta’ kwalifikazzjoni. Meta kkumparat mal-2018, dehret żieda ta’ 31.1% f’dak li gradwaw fuq livell ta’ edukazzjoni terzjarja li jikkonsisti f’kors qasir (ISCED level 5).
Fl-2019, 72.2% tal-gradwati kienu spiċċaw kors fuq bażi ta’ full-time.
Fil-maġġoranza tal-gradwati, l-età medja hi dik ta’ bejn l-20 u l-24 sena.
//= $special ?>