Lokali

Iweġġa’ gravi b’makkinarju waqt xogħol li kien qed isir f’għalqa f’Ħ’Attard

Għall-ħabta tat-8.15 ta’ dalgħodu, Taljan ta’ 38 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi waqt li kien qed jopera makkinarju f’għalqa li tinsab f’Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku li marru fi Triq l-Imdina fejn minnufih beda jingħata l-ewwel għajnuna. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra feriti gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.