Ambjent Lokali

Kjarifika mill-ERA dwar Kemmuna; il-każ mal-Awtorità tal-Ippjanar għadu mhux magħluq

F’nota mibgħuta lil Net News, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) iċċarat li x-xogħlijiet li kienu qed isiru fil-Blue Lagoon f’Kemmuna kienu twaqqfu mill-Awtorità fit-13 ta’ Marzu 2021, ferm qabel il-kummenti fil-media lokali.

Dan il-każ qajjem rabja kbira fost il-pubbliku in ġenerali.

Il-każ qiegħed ukoll quddiem l-Ombudsman wara l-pressjoni li saret mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.

Net News hu infurmat li l-każ mal-Awtorità tal-Ippjanar għadu miftuħ. Dan minħabba nuqqasijiet li setgħu saru f’Kemmuna.