Id-deċiżjoni li l-iskejjel tal-Ingliż għandhom jinżammu magħluqin għall-ġimgħat li ġejjin wasslet biex tagħti daqqa ta’ ħarta lil dawn l-istess skejjel; l-unika skejjel li ntalbu ma jiftħux, bir-riżultat ikun li issa spiċċaw fi kriżi finanzjarja.
Dan intqal milll-FELTOM – il-Federazzjoni Maltija Għat-Tagħlim bl-Ingliż illi spjegaw li minn mindu pajjiżna beda jiġi affetwat mill-pandemija, Malta rat nuqqas drastiku ta’ studenti li jiġu biex jitgħalmu l-Ingliż… b’riżultat li kien hemm impatt negattiv fuq l-għalliema, l-ekonomija tal-pajjiż u l-industrija tat-turiżmu.
Mal-gurnal Malta Business Weekly, il-Federazzjoni qalet illi qed tittama li l-Gvern jagħti pjan u direzzjoni ċara biex is-settur tal-iskejjel tal-Ingliż ma jispiċċax fix-xejn wara li noħorġu mill-pandemija.
L-estensjoni tal-għeluq tal-iskejjel qed twassal fix-xifer l-impjieg tal-għalliema u l-ħaddiema kollha f’dan is-settur, fost spejjeż oħra li iktar ma jmur iktar qed jakkumulaw.
Stħarriġ li sar mill-NSO juri li s-sena 2020 rat tnaqqis ta’ iktar minn 80% fost l-istudenti barranin li kienu jiġu f’pajjiżna, jiġifieri iktar minn 67,000 student. It-tfal tal-iskejjel tal-Primarja, childcares u kindergarten irritornaw lura l-iskola mit-Tnejn, il-middle schools reġgħu fetħu l-bibien tagħhom l-Erbgħa, filwaqt li l-iskejjel tas-Sekondarja se jiftħu l-Ġimgħa. Iżda l-iskejjel tal-Ingliż inżammu magħluqin.
//= $special ?>