L-eżamijiet tal-istudenti tat-tieni sena ta’ De La Salle se jkunu qed jagħmluhom mid-dar minflok jattendu l-iskola bħas-snin passati.
Dan ġie kkonfermat minn email li ntbagħtet lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom fejn minkejja li kellhom kollox lest biex l-eżamijiet isiru fl-iskola, ittieħdet deċiżjoni oħra. Din id-deċiżjoni ttieħdet biex jassiguraw is-saħħa ta’ kull student fid-dawl tal-pandemija.
Skejjel oħra, fosthom il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi għadhom ma urewx li se jkunu qiegħdin jieħdu dan il-pass. Dan wara li l-awtoritajiet tas-saħħa approvaw li l-eżamijiet jistgħu jsiru fl-iskejjel.
//= $special ?>