Sport Ieħor

Novak Djokovic eliminat mill-Monte Carlo Masters

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic safa’ eliminat mill-Monte Carlo Masters wara li ddiżappunta fil-partita kontra l-Britanniku Dan Evans. Djokovic wara li tilef l-ewwel set 6 – 4 ma rnexxielux jirkupra fit-tieni wieħed li tilef 7 – 5.

Għal kuntrarju Rafael Nadal, rebbieħ tal-kompetizzjoni ħdax il-darba għadda għal kwarti finali. Għal Djokovic kienet l-ewwel telfa din is-sena wara li fi Frar kien rebaħ għad-disa’ darba l-Open tal-Awstralja f’ Melbourne.

Dan Evans, b’ranking numru 33 fir-round ta’ qabel kien elimina lil Hubert Hurkacz rebbieħ tal-Open ta’ Miami. Fir-round li jmiss jilgħab kontra David Goffin seed numru 11 li biex għadda għal kwarti finali rebaħ lil finalist tal-Open tal-Istati Uniti Alexander Zverev 6 – 4 ; 7 – 6