Lokali

Proposti biex Malta u Għawdex tassew jimxu ‘l quddiem

Il-proposti tal-PN se jħallu aktar flus fil-bwiet taċ-ċittadini kollha

“Innovazzjoni – huwa biss hekk li nistgħu inħarsu lejn futur aħjar għal pajjiżna… Irridu nibqgħu naraw kif nirrinovaw l-ekonomija tagħna biex Malta u l-poplu kollu tassew ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem” – Messaġġ ċar mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jitkellem dwar l-ideat tiegħu għal kif il-PN se jkun qed joħloq niċċeċ ġodda filwaqt li jssaħħaħ dawk eżistenti biex finalment igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Bernard Grech fakkar kif apparti l-proposti l-ġodda tal-PN, l-istess partit daħħal f’pajjiżna niċċeċ b’saħħithom fl-ekonomija tagħna bħal gaming, l-avvjazzjoni, l-farmaċewtika u s-settur finanzjarju.

Fost il-ħafna ideat tiegħu, Bernard Grech qal li jrid jara li jinħolqu niċċeċ ġodda fil-qasam marittimu permezz ta’ investiment bi pjan serju biex inkabbru l-potenzjal enormi li għandu pajjiżna f’dan is-settur.

Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar l-idea ta’ Freight Logistic Hub anke għall-ajruplani. Niċċa li tpoġġi lil Malta fuq il-mappa globali. Dan filwaqt li tkellem ukoll dwar proposti li għandu l-PN fil-qasam tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, kif ukoll fil-qasam edukattiv, issa wkoll fid-dawl ta’ Brexit.

Barra minn hekk, Bernard Grech spjega wkoll proposti tal-PN fil-qasam virtwali, fosthom l-artificial intelligence, settur li diversi Maltin huma kapaci fih u mfixxtija internazzjonalment.

Bernard Grech saħaq ukoll fuq l-importanza li kull xogħol f’pajjiżna jkollu kundzzjonijiet tajbin, speċjalment fejn tidħol paga biex b’hekk jitħajjru iktar żgħażagħ jistudjaw u jaċċelleraw f’dak il-qasam.

Konferma li l-proposti tal-PN se jħallu aktar flus fil-bwiet taċ-ċittadini kollha.