Sport Sport Ieħor

Ronnie O’Sullivan b’polza favorevoli fil-World Snooker Championship

Ronnie O’Sullivan rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tal-Kampjonat World Snooker f’Sheffield, kellu polza pjuttost favorevoli meta fl-ewwel round ser jilgħab kontra d-debuttant Mark Joyce. In-numru 1 fid-dinja Judd Trump jilgħab kontra Liam Highfield filwaqt li r-rebbieħ tal-Kampjonat tar-Renju Unit – Neil Robertson jilgħab kontra Liang Wenbo taċ-Ċina.

Ir-rebbieħ tal-Masters Yan Bingtao jilgħab kontra Martin Gould filwaqt li l-erba’ darbiet rebbieħ tal-kompetizzjoni John Higgins jilgħab kontra Tian Pengfei. Ronnie O’Sullivan, li qed jipprova jgħamel record b’seba’ rebħiet fil-Crucible dan l-istaġun wasal sal-finali f’ħames ranking tournament u bla dubju huwa favorit kontra Mark Joyce minkejja li ilu professjonali mill-2006 Joyce ta’ 37 sena b’ranking numru 46 għadda mir-round ta’ kwalifikazzjoni meta għeleb u elimina lil Igor Figueiredo tal-Brażil.

Sam Craigie li ssorprenda meta kkwalifika għal fażi finali ser jiltaqa’ kontra it-tlett darbiet Champion Mark Williams . L-ewwel partiti jibdew jintlgħabu minn għada bil-finali tal-kompetizzjoni fit-3 ta’ Mejju ser tintlgħab quddiem attendenza ta’ 980 spettatur fil-Crucible Theatre f’Sheffield.