Lokali Qorti

Akkużata b’serq mill-ħanut Convenience

Malone Debono ta’ 32 sena mill-Fgura nżammet taħt arrest preventiv fuq akkużi ta’ serq aggravat. Debono kienet akkużata quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li serqet oġġetti li l-valur tagħhom ilaħħaq mal-€500 mill-ħanut Convenience tal-Fgura fil-11 ta’ April li għadda.

Debono kienet akkużata ukoll li saret reċidiva, li kisret sentenza sospiża u l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arres, li kienet ingħatat eżattament dan ix-xahar. Bail ma ntalabx mill-avukati tagħha Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb. L-Ispettur Paul Camilleri mexxa l-Prosekuzzjoni.